Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG0915(03)

    Notifika mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta’ “Zakrzewo”

    ĠU C 303, 15.9.2015, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/4


    Notifika mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta’ “Zakrzewo”

    (2015/C 303/04)

    Il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożitu naturali tal-gass “Zakrzewo” fil-provinċja ta’ Wielkopolskie:

    Isem

    Nru tal-Blokka

    Sistema ta’ koordinati tal-1992

    X

    Y

    Zakrzewo

    parti mill-blokka ta’ konċessjoni Nru 266

    424 724,18

    353 344,85

    425 538,75

    353 401,38

    426 332,07

    353 465,92

    426 674,24

    353 485,66

    426 630,43

    353 919,68

    426 593,55

    354 168,91

    426 510,03

    354 492,49

    426 397,50

    354 772,59

    426 272,63

    354 988,00

    426 143,64

    355 132,03

    426 017,58

    355 238,30

    425 808,12

    355 332,77

    425 605,18

    355 350,77

    425 378,95

    355 329,30

    425 118,69

    355 222,88

    424 536,28

    354 819,71

    423 909,40

    354 276,98

    423 525,08

    353 823,41

    423 065,92

    353 212,85

    L-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-istess żona.

    L-applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux aktar tard min-nofsinhar (12:00) ĦEĊ (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)/ĦSEĊ (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu valutati abbażi ta’ dawn il-kriterji:

    (a)

    it-teknoloġija proposta (40 %);

    (b)

    il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %)

    (c)

    il-miżata proposta għall-istabbilament tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri (10 %)

    Il-miżata minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ “Zakrzewo” hija:

    1.

    għall-ipprospettar tad-depożiti tal-gass naturali:

    —   tul perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 10 000,00 fis-sena,

    —   għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena,

    —   għas-sitt sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena,

    2.

    għall-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali:

    —   tul perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 20 000,00 fis-sena;

    —   għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena;

    —   għas-sitt sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena;

    3.

    għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali:

    —   tul perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 30 000,00 fis-sena;

    —   għas-sitt, is-seba’ u t-tmin sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena;

    —   għad-disa’ sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena;

    Il-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ applikazzjoni se tkun lesta fi żmien sitt xhur wara li tiskadi d-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika bil-miktub tar-riżultati tal-proċedura.

    L-applikazzjonijiet għandhom ikunu bil-Pollakk.

    L-awtorità li toħroġ il-liċenzji se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u l-gass naturali lill-applikant li jintgħażel wara li tkun qieset l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri miegħu.

    Biex tkun tista’ tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet li jinvolvu l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet għall-użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.

    L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħu lil:

    Ministerstwo Środowiska

    Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

    Wawelska 52/54

    00-922 Warszava

    POLSKA

    Għal aktar tagħrif:

    is-sit tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl

    Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

    Ministerstwo Środowiska

    Wawelska 52/54

    00-922 Warszava

    POLSKA

    Tel. +48 223692449

    Faks: +48 223692460

    Email: dgikg@mos.gov.pl


    Top