Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FB0035

Kawża F-35/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzjonali — Kostituzzjoni parti ċivili tal-Kummissjoni — Rikors manifestament infondat)

Information about publishing Official Journal not found, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-35/15) (1)

((Servizz pubbliku - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzjonali - Kostituzzjoni parti ċivili tal-Kummissjoni - Rikors manifestament infondat))

(2015/C 279/68)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent meta kien taħt investigazzjoni fuq approprjazzjoni bla jedd ta’ fondi li kellhom imorru fil-baġit Komunitarju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Fernando De Esteban Alonso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015, p. 52.


Top