This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0275
Case C-275/15: Reference for a preliminary ruling from Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) made on 8 June 2015 — ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited v TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited
Kawża C-275/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited
Kawża C-275/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited
Information about publishing Official Journal not found, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited
(Kawża C-275/15)
(2015/C 279/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited
Konvenuti: TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited
Intervenjenti: The Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Virgin Media Limited
Domandi preliminari
Għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), u b’mod partikolari l-formulazzjoni “Din id-Direttiva għħ ndha [għandha] tkun mingħajr preġudizzju [b’mod partikolari] għad-disposizzjonijiet dwar [...] aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir”:
1) |
Il-formulazzjoni ċċitata iktar ’il fuq tawtorizza ż-żamma ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiddefinixxi l-portata tal-kunċett ta’ “cable”, jew inkella l-portata ta’ din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 9 hija ddeterminata minn tifsira ta’ “cable” li hija ddefinita mid-dritt tal-Unjoni? |
2) |
Jekk il-kunċett ta’ “cable” li jinsab fl-Artikolu 9 huwa ddefinit mid-dritt tal-Unjoni, x’inhi t-tifsira? B’mod partikolari:
|
3) |
Il-formulazzjoni ċċitata iktar ’il fuq tapplika (1) għad-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li netwerks tal-cable jittrażmettu mill-ġdid ċerti xandiriet, jew inkella (2) għad-dispożizzjonijiet li jawtorizzaw it-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable ta’ xandiriet (a) meta t-trażmissjonijiet mill-ġdid huma simultanji u limitati għaż-żoni li għalihom ix-xandiriet kienu intiżi u/jew (b) meta x-xandiriet huma trażmessi mill-ġdid fuq kanali suġġetti għal ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku? |
4) |
Jekk il-portata tal-kunċett ta’ “cable” li jinsab fl-Artikolu 9 hija ddefinita mid-dritt nazzjonali, id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali hija suġġetta għall-osservanza tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità u ta’ bilanċ ġust bejn id-drittijiet ta’ detenturi ta’ drittijiet tal-awtur, ta’ proprjetarji tal-cable u l-interess pubbliku? |
5) |
L-Artikolu 9 jkopri biss id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fis-seħħ fid-data li fiha d-Direttiva ġiet approvata, fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jew fid-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha, jew inkella japplika wkoll għad-dispożizzjonijiet sussegwenti tad-dritt nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess għall-cable ta’ servizzi tax-xandir? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.