Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/257/06

    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    ĠU C 257, 6.8.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 257/8


    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    (2015/C 257/06)

    Image

    Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta' EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

    Sabiex jiġu ċċelebrati t-tletin sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 euro b'disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu permezz ta' votazzjoni pubblika fuq l-internet id-disinn rebbieħ. Il-votanti kellhom għażla minn ħames disinji li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekki Ewropej, u għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali fil-Bank of Greece.

    Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ċipru

    Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera tal-UE

    Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li jgħaqqad lin-nies u l-kulturi permezz ta' viżjonijiet u ideali għal futur komuni aħjar. Tnax-il stilla li jingħaqdu f'figuri umani qegħdin iħaddnu t-twelid ta' Ewropa ġdida. Fin-naħa ta' fuq, fuq il-lemin, f'nofs ċirku, hemm il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “ΚΥΠΡΟΣ KIBRIS” u s-snin “1985-2015”. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

    Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

    L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

    Data tal-ħruġ : ir-raba’ kwart tal-2015


    (1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top