This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/197/04
Prior notification of a concentration (Case M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 197, 13.6.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 197/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 197/04)
1. |
Fit-3 ta' Ġunju 2015 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha Aberdeen Infrastructure (HoldCo) BV (“Aberdeen”, in-Netherlands) u Iridium Concesiones de Infraestructuras, SA (“Iridium”, Spanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Concessionaria Hospital Universitari Son Espases, SA (“HSE”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma: — Aberdeen: tappartjeni għall-grupp Aberdeen li jopera fil-livell internazzjonali fil-ġesjtoni tal-investimenti li jġestixxi assi istituzzjonali u ta' klijenti konsumaturi mad-dinja kollha, — Iridium: soċjetà kkontrollata minn ACS Servicios y Concesiones S.L. li twettaq kull tip ta' attività relatata mal-konċessjonijiet amministrattivi, — HSE: ikkontrollata b'mod konġunt minn Iridium Concesiones de Infraestructuras, SA (“Iridium”) u Globalvía Infraestructuras, SA (“GVI”), u topera l-konċessjoni tas-servizzi mhux tas-saħħa tal-Hospital Son Espases, f'Palma de Mallorca. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).