EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0006

Kawża F-6/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EASA

ĠU C 107, 30.3.2015, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs EASA

(Kawża F-6/15)

(2015/C 107/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: E. Asenov, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni li tterminat il-kuntratt b’terminu fiss tar-rikorrent qabel id-data tal-iskadenza tiegħu kif mniżżel fl-istess kuntratt u applikazzjoni għad-danni bl-imgħaxijiet li jinkludu danni materjali u danni morali li r-rikorrent sofra riżultat tat-terminazzjoni qabel iż-żmien tal-kuntratt.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla id-Deċiżjoni kontestata Nru 2014/39/E tas-16 ta’ April 2014, li tterminat il-kuntratt tar-rikorrent qabel iż-zmien stabbilit, liema deċiżjoni ġiet konfermata bid-deċiżjoni tal-EASA Nru SR 14-005 tas-27 ta’ Ottubru 2014;

Kunpens għad-danni morali sofferti mir-rikorrent fil-forma ta’ umiljazzjoni, insult, ksur ta’ reputazzjoni u deterjorament ta’ saħħa kawżati mill-istess deċiżjoni. Ir-rikorrent jistma dawn id-danni morali fis-somma ta’ EUR 100 000;

Kumpens għad-danni materjali sofferti mir-rikorrent b’riżultat tat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel id-data tal-iskadenza tiegħu. Dawn id-danni huma ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju sħiħ tar-rikorrent u l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 47(b)(ii) CEOS għall-perjodu bejn it-terminazzjoni qabel iż-żmien tal-kuntratt tar-rikorrent u il-jum tal-istabbiliment mill-ġdid tal-istess kuntratt jew id-data tal-iskadenza tal-kuntratt fl-1 ta’ Novembru 2015. Din id-differenza tammonta għal EUR 75 000, iżda kalkoli iktar preċiżi jistgħu jsiru mill-uffiċċju tal-accountant tal-EASA;

Tirristawra l-eżekuzzjoni normali tal-kuntratt tar-rikorrent u r-relazzjoni professonali tar-rikorrent al-European Aviation Safety Agency;

Dwar Provi:

Xhud wieħed li jrid jiġi mħarrek sabiex jixhed fil-parti orali tal-proċedura dwar ir-reputazzjoni tar-rikorrent fost il-komunità tal-avjazzjoni ċivili qabel is-sospensjoni illegali tiegħu;

Xhud wieħed li jrid jiġi mħarrek biex jixhed fil-parti orali tal-proċedura dwar is-stat ta’ saħħa mentali u saħħa in ġenerali tar-rikorrent kemm qabel u kemm wara ma seħħet is-sospensjoni illegali u t-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-EASA sabiex tiġi ordnata tissottometti lista ta’ karigi sensittivi

Dwar l-ispejjeż, il-konvenuta għandha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent, inklużi l-ispejjez tal-avukat li qed jirrapprezenta lir-rikorrent quddiem it-Tribunal tal-Persunal, inklużi spejjez tax-xhieda u kwalunkwe spejjeż oħra inkorsi f’din il-proċedura.


Top