EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0060

Kawża T-60/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)

ĠU C 107, 30.3.2015, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)

(Kawża T-60/15)

(2015/C 107/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dermogen Farma, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “ETERN JUVENTUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 862 548

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2414/2013-1

Talbiet

tannulla deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2414/2013-1, sa fejn tirrigwarda l-ilqugħ parzjali tas-servizzi li ġejjin: Klassi 35 “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa, u permezz ta’ netwerks dinjija tal-informatika ta’ toothpaste; bejgħ esklużiv u rappreżentazzjonijiet kummerċjali dwar it-toothpastes”;

tiċħad l-Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 862 548 “ETERN JUVENTUS” fir-rigward tal-Klassi 35 “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa, u permezz ta’ netwerks dinjija tal-informatika ta’ toothpaste; bejgħ esklużiv u rappreżentazzjonijiet kummerċjali dwar it-toothpastes”, u

tikkundanna lill-UASI, u jekk ikun meħtieġ lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top