EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0647

Kawża C-647/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi vs Marie-Rose Melchior (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad fi Stat Membru — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ xogħol li twettqu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru — Assimilazzjoni tal-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għal ġranet ta’ xogħol — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

ĠU C 107, 30.3.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Office national de l’emploi vs Marie-Rose Melchior

(Kawża C-647/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad fi Stat Membru - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ xogħol li twettqu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru - Assimilazzjoni tal-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għal ġranet ta’ xogħol - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2015/C 107/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Office national de l'emploi

Konvenuta: Marie-Rose Melchior

Dispożittiv

L-Artikolu 10 KE, flimkien mal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, stabbilit bir-Regolament Ewropej tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li, għall-eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ xogħol imwettqa bħala membru tal-persunal bil-kuntratt f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru u ma humiex assimilati bħala jiem tax-xogħol il-jiem ta’ qgħad li wasslu għall-ħlas ta’ allowance tal-qgħad skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, filwaqt li l-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru jibbenefikaw minn tali assimilazzjoni.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014


Top