Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0011

    Kawża F-11/15: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/49


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-11/15)

    (2015/C 089/60)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni li tiffissa d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jiddikjara illegali u inapplikabbli l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    jannulla d-deċiżjoni li tħassar kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti b’effett mis-sena 2014;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top