Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62015TN0032

    Kawża T-32/15: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2015 – GRE vs UASI (Mark1)

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 37/37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/37


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2015 – GRE vs UASI (Mark1)

    (Kawża T-32/15)

    (2015/C 089/44)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “Mark1” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 052 437

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 647/2014-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Arriba