This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XG0204(03)
Notice for the attention of Ashraf Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam, Ibrahim ‘Isa Hajji Muhammad Al-Bakr, Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili and ‘Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam who were added to the list referred to in Articles 2, 3 and 7 of Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al-Qaida network, by virtue of Commission Regulation (EU) 2015/167
Avviż għall-attenzjoni ta' Ashraf Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam, Ibrahim ‘Isa Hajji Muhammad Al-Bakr, Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili u ‘Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam li żdiedu mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2015/167

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/23 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Ashraf Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam, Ibrahim ‘Isa Hajji Muhammad Al-Bakr, Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili u ‘Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam li żdiedu mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2015/167
(2015/C 38/09)
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999). Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma'” Al-Qaida, jinkludu:
|
2. |
Fit-23 ta' Jannar 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva ż-żieda ta' Ashraf Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam, Ibrahim ‘Isa Hajji Muhammad Al-Bakr, Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili u ‘Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet ta' Al-Qaida. Meta jridu, dawn jistgħu jissottomettu talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml |
3. |
Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2015/167 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Ashraf Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam, Ibrahim ‘Isa Hajji Muhammad Al-Bakr, Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili u ‘Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ‘Abd Al-Salam mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“l-Anness I”). Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jistipula proċess ta' rieżami fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2015/167 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
5. |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2015/167 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Biex tinżamm l-ordni, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.