This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014TA1210(32)
Report on the annual accounts of the European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions for the financial year 2013, together with the Foundation’s replies
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni
ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275–281
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/275 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni
(2014/C 442/32)
INTRODUZZJONI
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“Eurofound”), li tinsab f’Dublin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET
11. |
Il-Fondazzjoni wettqet eżerċizzju ta' inventarju fiżiku u komprensiv fi tmiem l-2013 u fil-bidu tal-2014. Fiż-żmien meta sar l-awditu mill-Qorti fi Frar 2014, kien għadu ma ġiex iffinalizzat rapport tal-inventarju fiżiku. Testijiet imwettqa mill-Qorti wrew li mhux l-assi fissi kollha kienet ingħatatilhom barcode u li mhux kollha kienu tniżżlu fir-reġistru u fil-kontijiet. Tagħmir b'valur ta' EUR 2 09 843 (8) kien ġie kontabilizzat minflok ma ġie kapitilizzat, l-iżball ġie kkoreġut wara l-awditu mill-Qorti. Xi assi ma setgħux jiġu ttraċċati għan-noti ta' kunsinna tal-fornituri sabiex tiġi żgurata d-data korretta tal-bidu għall-kalkolu tal-imposta ta' deprezzament. |
KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI
12. |
Il-fatti ppreżentati fil-paragrafu 11 jirrappreżentaw dgħufijiet konsiderevoli fil-kontroll intern fil-qasam tar-reġistrazzjoni u l-kontabbiltà tal-assi fissi. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
13. |
Fl-2013, il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 99 %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli f'ammont ta' madwar EUR 6 62 831 (35,6 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u madwar EUR 3 3 75 781 (48,6 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). |
14. |
Riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ta' hardwer u softwer tal-IT (EUR 2 81 934, li minnhom xiri li ammonta għal EUR 1 89 934 kien oriġinarjament ippjanat għall-2014), xogħlijiet urġenti u mhux previsti ta' tiswija (EUR 69 000) u xogħlijiet ta' ridekorazzjoni li kellhom jiġu kkuntrattati u li kienu ppjanati għall-bidu tal-2014 (EUR 2 30 718). |
15. |
Għat-Titolu III, approprjazzjonijiet impenjati riportati li ammontaw għal EUR 2 6 25 543 kienu jikkonċernaw proġetti pluriennali li għalihom l-ativitajiet ġew implimentati u l-pagamenti saru skont kif kien ippjanat. Riporti mhux ippjanati ta' EUR 7 50 238 kienu prinċipalment relatati ma' żieda fil-baġit għal bosta proġetti għat-tisħiħ tal-ambitu u l-kwalità tagħhom (65 %), servizzi ta' traduzzjoni ordnati f'Diċembru 2013 iżda oriġinarjament ippjanati għall-2014 (14 %), dewmien fil-proċeduri ta' akkwist (7 %), fatturar tardiv minn kuntratturi (14 %) u avvenimenti oħra barra mill-kontroll tal-Fondazzjoni. |
KUMMENTI OĦRA
16. |
Il-Fondazzjoni saret operazzjonali fl-1975, u sa issa, ħadmet fuq il-bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru. Ftehim ta' dan it-tip ikun jippromwovi aktar it-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-Fondazzjoni u l-persunal tagħha. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) L-Anness I jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Is-sistema tal-arja kundizzjonata u tagħmir ieħor fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Fondazzjoni.
ANNESS I
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. [...] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Fondazzjoni (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005) |
Objettivi L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:
Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Il-Bord Governattiv (BG)
Il-Bureau tal-BG
Id-Direttur u d-Deputat Direttur jinħatru mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati mressqa mill-BG. Id-Direttur jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BG u tal-Bureau tiegħu u jamministra l-Fondazzjoni. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta' kwittanza Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2013 (2012) |
Baġit EUR 20,6(21,4) miljun Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013 Uffiċjali u persunal temporanju: 101 post previst fit-tabella tal-persunal, li minnhom 99 (98) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2013. Persunal ieħor: Esperti Nazzjonali Sekondati: 0 (0) Persunal kuntrattwali: 13 (12) Total tal-persunal impjegat: 112 (110) Allokat lil: Attivitajiet operazzjonali: 78 (77) Kompiti amministrattivi: 29 (28) Imħallta: 5 (5) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2013 |
Żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-qgħad bil-ħolqien ta' impjiegi, it-titjib tal-funzjonament tas-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tal-integrazzjoni
Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sostenibbiltà tax-xogħol tul il-ħajja
Żvilupp fir-relazzjonijiet industrijali biex jiġu żgurati soluzzjonijiet ekwi u produttivi f’kuntest ta' politika li qed tinbidel
Titjib fl-istandards tal-għajxien u promozzjoni tal-koeżjoni soċjali fid-dawl tad-disparitajiet ekonomiċi u l-inugwaljanzi soċjali
Komunikazzjoni u kondiviżjoni ta' ideat u esperjenza
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut mill-Fondazzjoni. |
IR-RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI
11. |
Ir-rapport tal-inventarju fiżiku sadanittant ġie ffinalizzat u ppubblikat. L-iżbalji relatati ma’ barcode u reġistrazzjoni kienu rettifikati. Minħabba l-valur baxx ta’ artikli involuti dawn mhumiex meqjusa bħala assi u għaldaqstant, l-impatt ta’ dawn l-iżbalji fuq il-kontijiet finanzjarji kien żero. Fi kwalunkwe każ, issa hemm kopja ġdida tan-nota ta’ kunsinna mehmuża mal-fattura li tiżgura traċċar xieraq tad-data korretta tal-bidu għall-kalkolu ta' deprezzament. |
12. |
Id-dgħufijiet fil-qasam tar-reġistrazzjoni u l-kontabbiltà tal-assi fissi kienu l-aktar minħabba l-perjodu ta’ tranżizzjoni lejn sistema ġdida ta’ kontabbiltà ta’ assi. Dan issa ġie solvut permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Assi ABAC u tibdil sostanzjali fil-proċessi ta’ ħidma interna. |
13.-15. |
Iċ-ċifri u l-analiżi huma aċċettati u kkonfermati. Il-livell għoli ta’ riporti relatati mas-servizzi li kienu oriġinarjament ippjanati għall-2014 (43 % tar-riporti kollha li ma kinux ippjanati) huma dovuti għal deċiżjonijiet dwar salarji tal-persunal għall-2011 u l-2012 li saru fl-aħħar tal-2013 li ħallew parti mill-baġit disponibbli. Biex jiġi żgurat livell għoli tal-implimentazzjoni tal-baġit ġie deċiż li jintużaw il-fondi disponibbli skont il-parir riċevut mill-Kummissjoni. Riporti (minbarra dawk relatati ma’ attivitajiet ippjanati għall-2014 u riportati) juru li inqas minn 20 % ma kinux ippjanati u kienu parzjalment mhux fil-kontroll tal-Eurofound. |
16. |
Għal aktar minn 30 sena l-Eurofound kellha arranġamenti dettaljati sew mal-gvern Irlandiż dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet. Minkejja dan, fil-bidu ta’ Frar l-Eurofound bdiet in-negozjati dwar din it-tema bl-għan li tilħaq ftehim mal-gvern Irlandiż sa tmiem l-2014. |