Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC1120(02)

Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

ĠU C 414, 20.11.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/9


Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun

2014/C 414/06

L-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina (“oġġetti tal-mejda”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huma soġġetti għal dazju antidumping definittiv, impost bir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (1) (“ir- Regolament (UE) Nru 412/2013”).

Seba’ kumpaniji li jinsabu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni ta’ oġġetti tal-mejda huma soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużili ma kinux fil-kampjun ta’ 17,9 %, infurmaw lill-Kummissjoni li biddlu isimhom kif imniżżel hawn taħt.

Il-kumpaniji sostnew li l-bidla fl-isem tagħhom ma jaffettwax id-dritt tagħhom li jibbenefikaw mid-dazju applikat għalihom taħt l-ismijiet preċedenti tagħhom.

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 412/2013.

Għaldaqstant, ir-referenzi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013 rigward dawn il-kumpaniji għandhom jinqraw kif jidher hawn taħt u l-kodiċijiet addizzjonali TARIC applikati kif meħtieġ:

Għal

Aqra

Il-kodiċi TARIC

Chaozhou Ronglibao Porcelain Co., Ltd.

Guangdong Ronglibao Homeware Co., Ltd.

B461

Yong Feng Yuan Industry Co., Ltd. (“Yong Feng Yuan Industry”)

China Yong Feng Yuan Co., Ltd.

B747

Chaozhou Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.

Guangdong Jinqiuangyi Ceramics Co., Ltd.

B437

Chaozhou Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

Guangdong Totye Ceramics Industrial Co., Ltd.

B474

Chaozhou Xinhui Porcelain Co., Ltd.

Chaozhou Wenhui Porcelain Co., Ltd.

B486

Jiyuan Jukang Xingxing Ceramics Co., Ltd.

Jiyuan Jukang Xinxing Ceramics Co., Ltd.

B618

T&C Shantou Daily Chemical Industry Co., Ltd.

Gemmi (Shantou) Industrial Co., Ltd.

B958


(1)  ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1.


Top