Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0265

    Kawża T-265/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza — Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009” ]

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Polo/Lauren vs UASI – FreshSide (Rappreżentazzjoni ta’ tifel fuq rota li jżomm mazza)

    (Kawża T-265/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta tifel fuq rota li jżomm mazza - Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirappreżentaw persuna li tilgħab il-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    2014/C 388/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Davies, solicitor, J. Hill, barrister, u R. Black, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FreshSide Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lockett, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Polo/Lauren Company, LP u FreshSide Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta’ Marzu 2013 (Każ R 15/2012-2) hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn The Polo/Lauren Company, LP.

    3)

    FreshSide Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


    Top