Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0011

    Kawża T-11/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali MEGO — Raġuni relattiva għal rifjut — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti — Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata” ]

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Tegometall International vs UASI – Irega (MEGO)

    (Kawża T-11/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MEGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti - Assenza ta’ awtorità ta’ res judicata”])

    2014/C 388/15

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tegometall International AG (Lengwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Timmann u E. Schaper, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Irega AG (Zuchwil, l-Isvizzera)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tegometall International AG u Irega AG.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1522/2011-1) hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tegometall International AG quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.


    (1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


    Top