Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0317

    Kawża T-317/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Settembru 2014 – Holcim (Romania) vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Responsabbiltà minħabba nuqqas — Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ kwoti ta’ emissjoni allegatament misruqa — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Responsabbiltà mingħajr nuqqas” )

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Holcim (Romania) vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-317/12) (1)

    ((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Responsabbiltà minħabba nuqqas - Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ kwoti ta’ emissjoni allegatament misruqa - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Responsabbiltà mingħajr nuqqas”))

    2014/C 388/13

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Holcim (Romania) SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u E. White, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba, imressqa abbażi tar-responsabbiltà minħabba nuqqas, intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tiżvelalha informazzjoni dwar kwoti ta’ emissjoni ta’ gass serra li allegatament insterqulha u li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni relatata ma’ dawn il-kwoti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tar-responsabbiltà mingħajr nuqqas.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Holcim (Romania) SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    Top