Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0195

    Kawża T-195/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Settembru 2014 – Nuna International vs UASI – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuna) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nuna — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NANA u NANU-NANA — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenz ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Nuna International vs UASI – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuna)

    (Kawża T-195/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nuna - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NANA u NANU-NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenz ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    2014/C 388/11

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nuna International BV (Erp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Alpera Plazas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 476/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nuna International BV.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 476/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nuna International BV, hija annullata fir-rigward tal-“prammijiet għat-trabi; prammijiet; sedili tas-sigurtà għat-tfal għall-karozzi”, li jaqgħu fil-klassi 12 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll tal-“walkers tat-trabi [tagħmir għat-tagħlim tal-mixi għat-trabi]” u “xkejjer tal-irqad għat-trabi u għat-tfal”, li jaqgħu fil-klassi 20.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


    Top