Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0168

    Kawża T-168/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Settembru 2014 – Georgias et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe — Iffriżar ta’ fondi — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rabta kawżali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Georgias et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

    (Kawża T-168/12) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe - Iffriżar ta’ fondi - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rabta kawżali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    2014/C 388/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aguy Clement Georgias (Harare, iż-Żimbabwe); Trinity Engineering (Private) Ltd (Harare); u Georgiadis Trucking (Private) Ltd (Harare) (rappreżentanti: inizjalment M. Robson, E. Goulder, solicitors, u H. Mercer, QC, sussegwentement M. Robson, H. Mercer u I. Quirk, barrister)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġent); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Bartelt, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2007, tas-16 ta’ April 2007, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd u Georgiadis Trucking (Private) Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 165, 9.6.2012.


    Top