Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0385

    Kawża C-385/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil n ° 9 de Barcelona (Spanja) fit- 12 ta’ Awwissu 2014 – Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa S.A.

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Youssouf Drame Ba vs Catalunya Caixa S.A.

    (Kawża C-385/14)

    2014/C 388/05

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Mercantil no 9 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Youssouf Drame Ba

    Konvenuta: Catalunya Caixa S.A.

    Domandi preliminari

    Peress li s-sistema Spanjola tipprovdi, fl-Artikolu 43 tal-LEC (1), dan l-effett sospensiv jew ta’ preġudizzju tal-azzjoni individwali mibdija b’mod parallel mill-konsumatur sa kemm tingħata sentenza definittiva fl-azzjoni kollettiva, sa fejn dan il-konsumatur ikun marbut minn dak li jiġi deċiż f’dan il-kuntest mingħajr ma kellu la l-opportunità li jiddifendi b’mod utli d-dritt tiegħu u lanqas li jipproduċi provi bil-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tiegħu:

    1)

    Jista’ jiġi kkunsidrat li dan huwa mezz jew mekkaniżmu effettiv fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE[E] (2)?

    2)

    Sa liema punt dan l-effett sospensiv jikkostitwixxi ostakolu għall-konsumatur, u għalhekk ksur tal-Artikolu 7(1) tal-istess direttiva, biex tiġi invokata n-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti li jinsabu fil-kuntratt tiegħu?

    3)

    Il-fatt li konsumatur ma jistax jiddistakka ruħu mill-azzjoni kollettiva jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/13/KE[E]?

    4)

    Jew inkella, bil-kontra ta’ dan, l-effett sospensiv tal-Artikolu 43 tal-LEC huwa konformi mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KE[E] fis-sens li d-drittijiet tal-konsumatur huma kompletament imħarsa minn din l-azzjoni kollettiva, peress li l-ordinament ġuridiku Spanjol jipprevedi mekkaniżmi proċedurali oħra li huma daqstant effettivi għall-ħarsien tad-drittijiet tiegħu, u mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?


    (1)  Ley de Enjuiciamiento Civil (kodiċi tal-proċedura ċivili Spanjol)

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur. ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


    Top