EUR-Lex Juurdepääs Euroopa Liidu õigusaktidele

Tagasi EUR-Lexi avalehele

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument C2014/387/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7389 — Aegon Spain/Santander Totta Seguros/Aegon Santander Vida/Aegon Santander Não Vida) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 387, 1.11.2014, lk 6—6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 387/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7389 — Aegon Spain/Santander Totta Seguros/Aegon Santander Vida/Aegon Santander Não Vida)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 387/06)

1.

Fis-27 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Aegon Spain Holding B.V. (“Aegon Spain”, Spanja), proprjetà ta’ Aegon Group (“Aegon”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Santander Totta Seguros (“Santander Totta Seguros”, il-Portugall), li huma għalkollox proprjetà ta’ Santander Group (“Santander”, Spanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ Aegon Santander Portugal Vida — Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“Aegon Santander Portugal Vida”, il-Portugall) u AEGON Santander Portugal Não Vida — Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“Aegon Santander Portugal Não Vida”, il-Portugall) permezz tax-xiri ta’ ishma f’żewġ kumpaniji ġodda li jikkostitwixxu impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Aegon Group: il-provvediment ta’ ġestjoni ta’ assi, assigurazzjoni, pensjoni u prodotti relatati magħhom madwar id-dinja kollha, prinċipalment fl-Istati Uniti, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit,

—   Aegon Spain: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux u prodotti tal-pensjoni fi Spanja,

—   Santander Group: grupp internazzjonali ta’ servizzi bankarji u kumpaniji finanzjarji li joperaw fi Spanja, ir-Renju Unit u xi pajjiżi Ewropej oħra, kif ukoll fl-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel,

—   Santander Totta Seguros: il-provvediment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fil-Portugall,

—   Aegon Santander Portugal Vida: il-provvediment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja,

—   Aegon Santander Portugal Não Vida: il-provvediment ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7389 — Aegon Spain/Santander Totta Seguros/Aegon Santander Vida/Aegon Santander Não Vida, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Üles