Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0593

    Kawża T-593/14: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    ĠU C 361, 13.10.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 361/17


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    (Kawża T-593/14)

    2014/C 361/23

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Rami Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

    konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tiegħu, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


    (1)  ĠU C 290, p. 13.


    Top