Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0568

    Kawża T-568/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION)

    ĠU C 361, 13.10.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 361/11


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION)

    (Kawża T-568/14)

    2014/C 361/15

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 120/2014-4;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 22  631

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni


    Top