Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0276

    Kawża C-276/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil- 5 ta’ Ġunju 2014 – Gmina Wrocław vs Il-Ministru tal-Finanzi

    ĠU C 303, 8.9.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ġunju 2014 – Gmina Wrocław vs Il-Ministru tal-Finanzi

    (Kawża C-276/14)

    2014/C 303/20

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gmina Wrocław

    Konvenut: Il-Ministru tal-Finanzi

    Domanda preliminari

    Fid-dawl tal-Artikolu 4(2) moqri flimkien mal-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, entità organizzattiva tal-komun (kollettività lokali tal-Polonja) tista’ tiġi kklassifikata bħala persuna taxxabbli għall-VAT meta teżerċita attivitajiet fi kwalità barra minn dik ta’ awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għalkemm ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ awtonomija (ta’ independenza) li jipprevedi l-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva?


    (1)  ĠU L 347, p. 1.


    Top