Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/267/08

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7340 — Ferrero International/Oltan Group) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 267, 14.8.2014, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/28


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7340 — Ferrero International/Oltan Group)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/C 267/08)

    1.

    Fis-7 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Ferrero International S.A. (“Ferrero International”, il-Lussemburgu) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża kollha kemm hi, Oltan Gida Maddeleri İhracat İthalat ve Ticaret Anonim Şirketi, l-impriża Oltan Fındık İşletmeleri Sanayi Ve Ticaret Anonim Şirketi, l-impriża Oltan Fındık Sanayi ve Ticaret Anonim Şirketi, l-impriża Oltan Boyer SAS u l-impriża Oltan Grout Limited (flimkien “the Oltan Group”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal Ferrero International: il-kumpanija prinċipali tal-Ferrero Group, produttur ta’ oġġetti tal-ikel, attiva madwar id-dinja fil-manifattura u l-bejgħ ta’ ħelu u prodotti tal-ħelu oħra (pereż. ħlewwiet taċ-ċikkulata ħlewwiet, ħelu, snacks u prodotti tal-ħelu li jiddellek), u fix-xiri u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ġewż li jittiekel, u b’mod partikolari ġellewż, fid-dinja kollha.

    —   għall-Oltan Group: grupp ta’ kumpaniji attivi fix-xiri, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ġewż li jittiekel, u b’mod partikulari ġellewż, fid-dinja kollha.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-konċentrazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7340 — Ferrero International/Oltan Group f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition,

    Merger Registry

    1049 Brussels/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top