Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/267/07

    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7332 — BSkyB/Sky Deutschland/Sky Italia) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 267, 14.8.2014, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/27


    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7332 — BSkyB/Sky Deutschland/Sky Italia)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/C 267/07)

    1.

    Fis-6 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sky Broadcasting Group plc (“BSkyB”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriżi Sky Deutschland AG (“Sky Deutschland”, il-Ġermanja) u Sky Italia S.r.l. (“Sky Italia”, l-Italja). permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal BSkyB (attiv b'mod partikulari fir-Renju Unit u l-Irlanda): fil-liċenzjar u l-akkwist ta' programmi awdjoviżi, fil-provvista bl-ingrossa ta' kanali televiżivi, fid-distribuzzjoni lill-konsumaturi ta' programmi awdjoviżivi, fil-provvista ta' servizzi għall-pjattaforma teknika, fil-bejgħ ta' ħin tax-xandir għar-riklami televiżivi u fil-provvista ta' servizzi oħra bħalma huma t-telefonija fissa għall-konsumaturi u s-servizzi broadband,

    —   għal Sky Deutschland (attiva b'mod partikulari fil-Ġermanja): fil-liċenzjar u l-akkwist ta' programmi awdjoviżivi, fid-distribuzzjoni lill-konsumaturi ta' programmi awdjoviżivi b'mod partikulari fil-Ġermanja, fil-provvista ta' servizzi għall-pjattaforma teknika u fil-bejgħ ta' ħin tax-xandir għar-riklami televiżivi,

    —   għal Sky Italia (attiva b'mod partikulari fl-Italja): fil-liċenzjar u l-akkwist ta' programmi awdjoviżivi, fid-distribuzzjoni lill-konsumaturi ta' programmi awdjoviżivi b'mod partikulari l-Italja u fil-bejgħ ta' ħin tax-xandir għar-riklami televiżivi.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7332 — BSkyB/Sky Deutschland/Sky Italia, f'dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top