Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0022

Kawża F-22/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs EMCDDA

ĠU C 235, 21.7.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/34


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs EMCDDA

(Kawża F-22/14)

2014/C 235/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għad-Drogi u t-Tossiku Dipendenza (EMCDDA)

Suġġett

L-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex jiġi kkonstatat li hija sofriet fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjur ġerarkiku dirett tagħha u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li l-kuntratt tagħha ma jiġix imġedded, u ta’ żewġ deċiżjonijiet oħra li jiċħdu l-ilmenti tagħha kontra s-superjuri tagħha. Konsegwentement ir-rikorrenti titlob ukoll li jkun hemm investigazzjoni ġdida u li tingħata kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EMCDDA tal-11 ta’ Settembru 2012 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2012 li l-kuntratt tagħha ma jiġix imġedded;

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bord tad-Diretturi tal-EMCDDA tat-13 ta’ Mejju 2013 u d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EMCDDA tal-25 ta’ Ġunju 2013 li jiċħdu l-allegazzjonijiet li r-rikorrenti għamlet fl-ilment tagħha tal-10 ta’ Diċembru 2013;

jordna investigazzjoni ġdida li tkun regolari, oġġettiva u imparzjali;

jaġġudika kumpens għad-danni materjali mġarrba mir-rikorrenti, stmati għal EUR 4 30  202;

jaġġudika kumpens għad-danni morali mġarrba mir-rikorrenti, stmati għal EUR 1 20  202

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


Top