Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/227/15

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7266 — D’Ieteren/Continental/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 227, 17.7.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/22


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7266 — D’Ieteren/Continental/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    2014/C 227/15

    1.

    Fl-10 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha S.A. D’Ieteren N.V. (“D’Ieteren”, il-Belġju), ikkontrollata minn familja D’Ieteren, u Continental Automotive Holding Netherlands BV (il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata minn Continental AG (“Continental”, il-Ġermanja), jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (“JV”), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal D’Ieteren: fil-Belġju, id-distribuzzjoni ta’ vetturi Volkswagen, Audi, Skoda, Seat, Porsche, Bentley, Lamborghini, Bugatti u Yamaha, spare parts, aċċessorji u servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-istess marki; il-bejgħ ta’ vetturi użati; servizzi finanzjarji tal-karozzi; servizzi ta’ kiri operattiv u finanzjarju; f’diversi pajjiżi fiż-ŻEE, il-forniment ta’ soluzzjonijiet ewlenin għal sistemi ta’ car pooling virtwali; internazzjonalment, tiswija tal-ħġieġ tal-vettura, u sostituzzjoni,

    —   għal Continental: internazzjonalment, provvista ta’ diversi komponenti għall-industrija tal-karozzi, fosthom sistemi ta’ brejkijiet, sensors, tajers u prodotti u sistemi elettriċi u elettroniċi,

    —   għall-JV: f’diversi pajjiżi fiż-ŻEE, sistemi ta’ serraturi li jagtħ aċess għall-karozzi għall-finijiet ta’ soluzzjoni ta’ car sharing; provvista ta’ servizzi (permezz tal-applikazzjonijiet tal-ismartphones, websajts u software) relatati ma’ soluzzjonijiet ta’ car sharing, fosthom ibbukkjar u għażla ta’ karozzi, servizzi ta’ fatturazzjoni, servizzi ta’ rappurtar u servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta ta’ karozzi.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għall-ipproċessar skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7266 — D’Ieteren/Continental/JV, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition,

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top