Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument C2014/217/12

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.7309 — Bridgepoint/EdRCP) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 217, 10.7.2014, s. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/35


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.7309 — Bridgepoint/EdRCP)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/C 217/12)

    1.

    Fil-27 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bridgepoint Advisers Group Limited (“Bridgepoint”., ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Edmond de Rothschild Capital Partners (“EdRCP”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

    —   għal Bridgepoint: fond ta’ ekwità privata li jikkontrolla għadd ta’ entitajiet attivi f’firxa wiesgħa ta’ setturi industrijali madwar iż-ŻEE, fost l-oħrajn, servizzi finanzjarji, midja u l-kura tas-saħħa (inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ kirurġija dentali u oftalmika fl-isptarijiet).

    —   għal EdECP: fond ta’ ekwità privata b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji ta’ portafoll, attiv f’firxa wiesgħa ta’ setturi madwar iż-ŻEE u b’mod partikolari l-imballaġġ u l-prodotti tal-kura tas-saħħa (inklużi l-provvista ta’ prodotti tal-kirurgija oftalmika, apparat dentali, oġġetti dentali konsumabbli, tagħmir għat-tiswir ta’ immaġini dentali u apparat mediku).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7309 — Bridgepoint/EdRCP, fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Op