Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62014FN0017

    Kawża F-17/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

    ĠU C 184, 16.6.2014, pagg. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/41


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

    (Kawża F-17/14)

    2014/C 184/67

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatawx tliet punti ta’ mertu lir-rikorrent fil-proċedura ta’ promozzjoni 2012.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar id-deċiżjoni tal-punti ta’ mertu għas-sena 2012.

    jannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Diċembru 2013 dwar iċ-ċaħda tal-ilment;

    jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.


    In alto