Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0555

    Kawża C-555/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral – il-Portugall) – Merck Canada Inc. vs Accord Healthcare Limited, Alter SA, Labochem Ltd, Synthon BV, Ranbaxy Portugal – Comércio e Desenvolvimento de Produtos Farmacêuticos, Unipessoal Lda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru” skont l-Artikolu 267 TFUE — Tribunal Arbitral necessário — Ammissibbiltà — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 13 — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat — Perijodu massimu ta’ esklużività

    ĠU C 184, 16.6.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral – il-Portugall) – Merck Canada Inc. vs Accord Healthcare Limited, Alter SA, Labochem Ltd, Synthon BV, Ranbaxy Portugal – Comércio e Desenvolvimento de Produtos Farmacêuticos, Unipessoal Lda

    (Kawża C-555/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru” skont l-Artikolu 267 TFUE - Tribunal Arbitral necessário - Ammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 13 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat - Perijodu massimu ta’ esklużività)

    2014/C 184/12

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Merck Canada Inc.

    Konvenuti: Accord Healthcare Limited, Alter SA, Labochem Ltd, Synthon BV, Ranbaxy Portugal – Comércio e Desenvolvimento de Produtos Farmacêuticos, Unipessoal Lda

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Arbitral – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 152, p. 1) – Tul taċ-ċertifikat – Perijodu ta’ esklużività li jista’ jeċċedi massimu ta’ ħmistax-il sena mid-data tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali inkwistjoni fl-Unjoni

    Dispożittiv

    L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, moqri flimkien mal-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-proprjetarju kemm tal-privattiva kif ukoll taċ-ċertifikat ikun jista’ jgawdi mill-perijodu ta’ validità sħiħ ta’ dan iċ-ċertifikat ikkalkolat skont dan l-Artikolu 13 f’sitwazzjoni fejn, skont dan il-perijodu, huwa jibbenefika minn perijodu ta’ esklużività, li tikkonċerna ingredjent attiv, ta’ iktar minn ħmistax-il sena mill-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fl-Unjoni Ewropea, tal-prodott mediċinali li jikkonsisti f’dan l-ingredjent attiv jew li jinsab fih.


    (1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


    Top