This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0613(01)
Council Decision of 12 June 2014 appointing and replacing members of the Governing Board of the European Centre for the Development of Vocational Training
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
ĠU C 180, 13.6.2014, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2015
13.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Ġunju 2014
li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
(2014/C 180/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina preżentata mill-Gvern Franċiż,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2012sas-17 ta’ Settembru 2015. |
(2) |
Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru huwa disponibbli għal Franza fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sur Jean-Marc HUART. |
(3) |
Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandhom jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2015. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta’ Settembru 2015:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
FRANZA |
Is-Sinjura Brigitte DORIATH |
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. MANIATIS
(2) ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.