Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0123

    Kawża C-123/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl- 14 ta’ Marzu 2014 – Itales OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

    ĠU C 151, 19.5.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Marzu 2014 – Itales OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

    (Kawża C-123/14)

    2014/C 151/18

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad – Varna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Itales OOD

    Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta merkanzija tinbiegħ lil terz, ix-xiri tagħha jnissel dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input, anki meta ma jkun hemm ebda prova li l-fornitur preċedenti kellu fil-pussess tiegħu merkanzija ta’ dan it-tip?

    2)

    Prassi amministrattiva bħal dik applikata min-Natsionalna agentsiya za prihodite, li tikkonsisti fir-rifjut lill-persuni taxxabbli taħt il-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input, minħabba l-assenza ta’ provi tal-oriġini tal-merkanzija, mingħajr ma tqajjem dubju dwar parteċipazzjoni fi frodi fiskali u/jew mingħajr ma tindika elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli kkonċernata kienet taf jew kien imissha kienet taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis kienet involuta fi frodi, hija kompatibbli mad-Direttiva 2006/112/KE u mal-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva?


    (1)  ĠU L 347, p. 1


    Top