Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 62014TN0141
Case T-141/14: Action brought on 28 February 2014 — SolarWorld and Others v Council
Kawża T-141/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
Kawża T-141/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
ĠU C 142, 12.5.2014, blz. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/41 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
(Kawża T-141/14)
2014/C 142/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1238/2013 (1); |
— |
tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-507/13; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping (2), sa fejn jeżenta mill-miżuri l-produtturi Ċiniżi li minnhom il-Kummissjoni aċċettat impriża konġunta bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, id-drittijiet tar-rikorrenti tad-difiża, u l-Artikoli 8(4) u 19(2) tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping, sa fejn jeżenta mill-miżuri l-produtturi Ċiniżi li minnhom il-Kummissjoni aċċettat impriża konġunta illegali. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 101(1) TFUE sa fejn jagħti lil ċerti produtturi Ċiniżi eżenzjoni mill-miżuri inkwistjoni fuq il-bażi ta’ offerta ta’ impriża, aċċettata u kkonfermata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE (3) u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE (4), li hija arranġament tal-iffissar tal-prezzijiet orizzontali. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)
(3) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal- 4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214).
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, p. 26).