Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOC_2014_137_R_0008

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.7233 — Allianz/Negozju avvjat ta’ UnipolSai Assicurazioni) Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 137, 7.5.2014, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 137, 7.5.2014, p. 30–30 (HR)

    7.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 137/42


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Każ M.7233 — Allianz/Negozju avvjat ta’ UnipolSai Assicurazioni)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    2014/C 137/08

    1.

    Fid-29 ta’ April 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Allianz SpA. (l-Italja), ikkontrollata bis-sħiħ minn Allianz Group (il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ negozju avvjat ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (“il-Mira”, l-Italja) attwalment propjetà ta’ UnipolSai Assicurazioni SpA. (“UnipolSai”, l-Italja), permezz tax-xiri tal-assi.

    2.

    L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Allianz: assiġurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja u ġestjoni tal-assi,

    —   Mira: assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7233 — Allianz/Negozju avvjat ta’ UnipolSai Assicurazioni f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top