This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/136/01
Non-opposition to a notified concentration (Case M.7206 — Bain Capital/Anchorage Capital/Ideal Standard) Text with EEA relevance
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7206 — Bain Capital/Anchorage Capital/Ideal Standard) Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7206 — Bain Capital/Anchorage Capital/Ideal Standard) Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 136, 6.5.2014, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.7206 — Bain Capital/Anchorage Capital/Ideal Standard)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 136/01
Fit-28 ta’ April 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7206. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |