Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62014TN0082

    Kawża T-82/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2014 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Maquet (LUCEO)

    14.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/50


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Maquet (LUCEO)

    (Kawża T-82/14)

    2014/C 112/64

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maquet GmbH & Co. KG (Rastatt, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 2292/2012-4 u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja LUCEO Nru 8 554 974;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell,

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali LUCEO għal prodotti fil-klassijiet 10, 12 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 8 554 974

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Maquet GmbH & Co. KG

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

    Ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 207/2009

    Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Góra