Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62011TA0091
Case T-91/11: Judgment of the General Court of 27 February 2014 — InnoLux v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Worldwide market for liquid crystal display (LCD) panels — Agreements and concerted practices concerning prices and production capacity — Territorial jurisdiction — Internal sales — Sales of finished products incorporating cartelised products — Single and continuous infringement — Fines — Rounding method — Unlimited jurisdiction)
Kawża T-91/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Frar 2014 – InnoLux vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji ta’ skrins li jitwaħħlu magħmula minn kristalli likwidi (LCD) — Ftehim u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezz u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Kompetenza territorjali — Bejgħ intern — Bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodotti suġġetti għal kartell — Ksur uniku u kontinwu — Multi — Metodu ta’ arrotondament — Ġurisdizzjoni sħiħa” )

14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – InnoLux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-91/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji ta’ skrins li jitwaħħlu magħmula minn kristalli likwidi (LCD) - Ftehim u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezz u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Kompetenza territorjali - Bejgħ intern - Bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodotti suġġetti għal kartell - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Metodu ta’ arrotondament - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
2014/C 112/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. (Zhunan, it-Tajwan) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, u R. Burton, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, F. Ronkes Agerbeek u A. Biolan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), u tat-tnaqqas tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
L-ammont tal-multa imposta fuq InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp., fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa ffissat għal EUR 288 000 000 |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
InnoLux hija kkundannata għall-ispejjeż. |