This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0051
Case T-51/14: Action brought on 22 January 2014 — Czech Republic v Commission
Kawża T-51/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2014 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
Kawża T-51/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2014 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/27 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2014 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-51/14)
2014/C 93/47
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, J. Vitáková, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7615, tat-13 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba [applikazzjoni] għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prevvist fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (Pomazánkové máslo [butir sabiex jiddellek] (STG)), u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 50 u 52 u tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1151/2012. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma eżaminatx l-osservanza tal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pomazánkové máslo” [butir sabiex jiddellek] bħala speċjalità tradizzjonali garantita, u li hija rrifjutat l-applikazzjoni għal raġuni differenti min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet.
(1) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)