Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0697

    Kawża T-697/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2013 — Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/25


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)

    (Kawża T-697/13)

    2014/C 93/44

    Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kinnarps AB (Falköping, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 2272/2012-2;

    tiddikjara li t-trade mark tar-rikorrenti, MAKING LIFE BETTER AT WORK, f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni fil-kawża, għandha karattru distintiv suffiċjenti sabiex tiġi rreġistrata bħala trade mark Komunitarja;

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAKING LIFE BETTER AT WORK”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20, 35 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 887 982.

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċhud.

    Raġunijiet invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top