Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0614

    Kawża T-614/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Jannar 2014 — Romonta vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 — Talba għal rikonoxximent ta’ sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva — Nuqqas ta’ urġenza” )

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/23


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2014 — Romonta vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-614/13 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mill-2013 - Talba għal rikonoxximent ta’ sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva - Nuqqas ta’ urġenza)

    2014/C 93/40

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Romonta GmbH (Amsdorf, Seegebiet Mansfelder Land, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke, M. Vollmer, C. Telschow u A. Schulze, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn ġiet irrifjutata l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet lir-rikorrenti għal sitwazzjoni ta’ diffikultà eċċessiva.

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top