Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0081

    Kawża T-81/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Frar 2014 — Beco vs Il-Kummissjoni ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajwan — Talba għar-rimbors tad-dazji miġbura — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Ċertezza legali” )

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 — Beco vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-81/12) (1)

    (Dumping - Importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajwan - Talba għar-rimbors tad-dazji miġbura - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Ċertezza legali)

    2014/C 93/37

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Beco Metallteile-Handels GmbH (Spaichingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Pfeiffer, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9112 finali, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar talba għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9112 finali, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar talba għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan, hija annullata.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 118, 21.04.2012.


    Top