Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0060

    Kawża C-60/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Frar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/21


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-60/14)

    2014/C 93/34

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u Ι. Zervas,)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet tar-rikorrenti

    taqta’ u tiddeċiedi li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni (1) tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2011, sa fejn hija ma adottatx fit-terminu mogħti l-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand każinojiet ta’ Thessaloniki, tal-Muntanja Parnitha u ta’ Corfu l-għajnuna mill-Istat illegali u sa fejn, f’kull każ, hija la informat suffiċjentement lill-Kummissjoni dwar l-ammont eżatt (ammont ewlieni u interessi) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji kollha tal-għajnuna mill-Istat illegali u lanqas dwar il-miżuri l-oħra li hija adottat abbażi tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni;

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    (1)

    Ir-Repubblika Ellenika kienet obbligata li tirkupra l-għajnuna mill-Istat illegali sal-25 ta’ Settembru 2011.

    (2)

    Ir-Repubblika Ellenika kienet obbligata li tikkomunika lill-Kummissjoni, sal-25 ta’ Lulju 2011, il-miżuri li hija kellha tadotta sabiex tirkupra l-għajnuna mill-Istat illegali kif ukoll l-ammont eżatt li kellu jiġi rkuprat.

    (3)

    Ir-Repubblika Ellenika ma kkonformat ruħha ma l-ebda wieħed minn dawn l-obbligi fit-termini mogħtija.


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (ĠU L 285, p. 25 sa 45)


    Top