This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0667
Case C-667/13: Request for a preliminary ruling from the Tribunal do Comércio de Lisboa (Portugal) lodged on 16 December 2013 — Portuguese State v Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, em liquidação
Kawża C-667/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall) fis- 16 ta’ Diċembru 2013 — Estado português vs Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ
Kawża C-667/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall) fis- 16 ta’ Diċembru 2013 — Estado português vs Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Estado português vs Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ
(Kawża C-667/13)
2014/C 93/31
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Comércio de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Estado português
Konvenuta: Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ
Domandi preliminari
(1) |
Id-Deċiżjoni (1) hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba:
|
(2) |
Id-Deċiżjoni hija vvizzjata b’kontradizzjoni bejn il-motivazzjoni tad-deċiżjoni u d-dispożittiv tad-deċiżjoni fir-rigward tal-mument li minnu d-deċiżjoni hija kkunsidrata illegali: 5 ta’ Diċembru 2008 jew 5 ta’ Ġunju 2009? |
(3) |
Id-Deċiżjoni tmur kontra d-dispożizzjonijet tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn l-għajnuna mogħtija ma affetwatx il-kummerċ bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fid-dawl tal-għan tas-self u tal-użu effettiv tal-istess self u tal-fatt li sa mill-1 ta’ Diċembru 2008 il-benefiċjarju ma jeżerċitax l-attività tiegħu? |
(4) |
Id-Deċiżjoni tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(3) TFUE sa fejn l-għajnuna mogħtija kienet intiża sabiex tirrimedja perturbazzjoni serja tal-ekonomija ta’ Stat Membru u, f’dan is-sens, hija kompatibbli mas-suq komuni? |
(5) |
Sussidjarjament: [l-Artikolu 14](1) u (2) tar-Regolament Nru 659/1999 (2) jipprekludi l-applikazzjoni, fil-każ inkwistjoni, tat-tnaqqis tal-ammont li għandu jiġi rkuprat, meta l-istess regola hija applikabbli, b’mod mhux diskriminatorju, għall-kredituri kollha tal-kumpannija insolventi? |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP [notifikata bid-dokument numru C(2010) 4932] (ĠU L 159, p. 95).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 (li sar l-Artikolu 88) tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).