This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0098
Case C-98/13: Judgment of the Court (Second Chamber) of 6 February 2014 (request for a preliminary ruling from the Højesteret (Denmark)) — Martin Blomqvist v Rolex SA, Manufacture des Montres Rolex SA, (Request for a preliminary ruling — Regulation No 1383/2003 — Measures to prevent counterfeit or pirated goods being placed on the market — Article 2 — Scope of the Regulation — Private sale by internet of a counterfeit watch from a non-member country to an individual residing in a Member State — Seizure of the watch by the customs authorities on entry into the territory of the Member State — Lawfulness of seizure — Conditions — Conditions relating to infringement of intellectual property rights — Directive 2001/29/EC — Article 4 — Distribution to the public — Directive 2008/95/EC — Article 5 — Regulation (EC) No 207/2009 — Article 9 — Use in the course of trade)
Kawża C-98/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Martin Blomqvist vs Rolex SA, Manufacture des Montres Rolex SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 — Miżuri intiżi li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija falza jew ikkupjata — Artikolu 2 — Kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament — Bejgħ, minn Stat terz, minn fuq sit internet, ta’ arloġġ falz, għal finijiet privati lil individwu li jirrisjedi fi Stat Membru — Konfiska tal-arloġġ mill-awtoritajiet doganali mad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru — Regolarità tal-konfiska — Kundizzjonijiet — Kundizzjonijiet relatati ma’ ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4 — Distribuzzjoni lill-pubbliku — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 5 — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9 — Użu fil-kummerċ)
Kawża C-98/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Martin Blomqvist vs Rolex SA, Manufacture des Montres Rolex SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 — Miżuri intiżi li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija falza jew ikkupjata — Artikolu 2 — Kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament — Bejgħ, minn Stat terz, minn fuq sit internet, ta’ arloġġ falz, għal finijiet privati lil individwu li jirrisjedi fi Stat Membru — Konfiska tal-arloġġ mill-awtoritajiet doganali mad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru — Regolarità tal-konfiska — Kundizzjonijiet — Kundizzjonijiet relatati ma’ ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4 — Distribuzzjoni lill-pubbliku — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 5 — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9 — Użu fil-kummerċ)
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Martin Blomqvist vs Rolex SA, Manufacture des Montres Rolex SA
(Kawża C-98/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 - Miżuri intiżi li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija falza jew ikkupjata - Artikolu 2 - Kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament - Bejgħ, minn Stat terz, minn fuq sit internet, ta’ arloġġ falz, għal finijiet privati lil individwu li jirrisjedi fi Stat Membru - Konfiska tal-arloġġ mill-awtoritajiet doganali mad-dħul tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru - Regolarità tal-konfiska - Kundizzjonijiet - Kundizzjonijiet relatati ma’ ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 4 - Distribuzzjoni lill-pubbliku - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5 - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9 - Użu fil-kummerċ)
2014/C 93/28
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Martin Blomqvist
Konvenuta: Rolex SA, Manufacture des Montres Rolex SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), tal-Artikolu 5(1) u (3) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25), tal-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) u tal-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469) — Miżuri intiżi sabiex jiġi prekluż it-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija falza u ta’ merkanzija kkupjata — Individwu, resident fi Stat Membru, li xtara minn fuq sit tal-internet mingħand bejjiegħ fi Stat terz arloġġ falz għal skopijiet privati — Qbid tal-arloġġ imsemmi, mibgħut mill-bejjiegħ b’kurjer, u sospensjoni tar-rilaxx mid-dwana tal-arloġġ mill-awtoritajiet tal-imsemmi Stat Membru
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali fuq merkanzija mibjugħa lil persuna li tkun tirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru permezz ta’ sit internet tal-bejgħ online li jinsab f’pajjiż terz jibbenefika, fil-mument li din il-merkanzija tidħol fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, mill-protezzjoni ggarantita lil dan il-proprjetarju minn dan ir-regolament bis-sempliċi fatt tax-xiri tal-imsemmija merkanzija. Għal dan il-għan, ma huwiex meħtieġ barra dan li, qabel il-bejgħ, il-merkanzija inkwistjoni kienet is-suġġett ta’ offerta għal bejgħ jew ta’ riklamar indirizzati lill-konsumaturi ta’ dan l-istess Stat.