Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0069

    Kawża C-69/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Roma — l-Italja) — Mediaset SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Sussidju għax-xiri jew għall-kiri ta’ dekoders diġitali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Irkupru — Kwantifikazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat — Rwol tal-qorti nazzjonali — Teħid inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Roma — l-Italja) — Mediaset SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico

    (Kawża C-69/13) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Sussidju għax-xiri jew għall-kiri ta’ dekoders diġitali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Irkupru - Kwantifikazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat - Rwol tal-qorti nazzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

    2014/C 93/27

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale civile di Roma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Mediaset SpA

    Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale civile di Roma — Irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali — Kwantifikazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment ta’ dan l-ammont — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikonoxxi lill-qorti nazzjonali l-possibbiltà li tevalwa n-natura xierqa tal-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni — Portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-qorti nazzjonali

    Dispożittiv

    (1)

    Għalkemm, sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni, iżda li ma tidentifikax il-benefiċjarji individwali ta’ din l-għajnuna u ma tiddeterminax l-ammonti preċiżi li għandhom jitħallsu lura, il-qorti nazzjonali hija marbuta b’din id-deċiżjoni, hija min-naħa l-oħra ma hijiex marbuta bil-pożizzjonijiet meħuda mill-imsemmija istituzzjoni fil-kuntest tal-imsemmija deċiżjoni. Madankollu, fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, il-qorti nazzjonali għandha tieħu dan it-teħid ta’ pożizzjoni inkunsiderazzjoni bħala element ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kawża li tkun tressqet quddiemha.

    (2)

    Mingħajr ma tqiegħed fid-dubju l-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea jew l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna inkwistjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tikkonkludi, meta tiddetermina l-ammonti eżatti tal-għajnuna li għandhom jiġu rkuprati u meta l-Kummissjoni Ewropea, fid-deċiżjoni tagħha li tiddikjara skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, ma tkunx identifikat il-benefiċjarji individwali tal-għajnuna inkwistjoni u lanqas ma tkun iddeterminat l-ammonti preċiżi li għandhom jitħallsu lura, li l-ammont tal-għajnuna li għandu jitħallas lura huwa ugwali għal żero meta dan jirriżulta mill-kalkoli magħmula abbażi tal-provi rilevanti li jkunu tressqu għall-konjizzjoni tagħha.


    (1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


    Top