Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0002

Kawża C-2/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Humeau Beaupreau SAS (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kaptitolu 64 — Importazzjoni ta’ komponenti neċessarji għall-manifattura ta’ żraben iddestinati għall-attività sportiva — Intestatura 6404 — Żraben bil-pettijiet esterni tal-gomma, tal-plastik, tal-ġilda naturali jew artifiċjali u parti ta’ fuq ta’ materjal tat-tessuti — Intestatura 6406 — Partijiet ta’ żraben — Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħquda — Oġġett inkomplet jew mhux mitmum li għandu l- “karattru essenzjali ta’ l-oġġett komplut jew mitmum” — Oġġett “preżentat mhux armat jew żarmat” — Nota ta’ Spjega għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata — Operazzjonijiet ta’ “assemblaġġ” bl-esklużjoni ta’ kull “operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura ta’ komponenti ddestinati li jkunu assemblati” )

ĠU C 93, 29.3.2014, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Humeau Beaupreau SAS

(Kawża C-2/13) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kaptitolu 64 - Importazzjoni ta’ komponenti neċessarji għall-manifattura ta’ żraben iddestinati għall-attività sportiva - Intestatura 6404 - Żraben bil-pettijiet esterni tal-gomma, tal-plastik, tal-ġilda naturali jew artifiċjali u parti ta’ fuq ta’ materjal tat-tessuti - Intestatura 6406 - Partijiet ta’ żraben - Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħquda - Oġġett inkomplet jew mhux mitmum li għandu l-“karattru essenzjali ta’ l-oġġett komplut jew mitmum” - Oġġett “preżentat mhux armat jew żarmat” - Nota ta’ Spjega għall-Interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata - Operazzjonijiet ta’ “assemblaġġ” bl-esklużjoni ta’ kull “operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura ta’ komponenti ddestinati li jkunu assemblati”)

2014/C 93/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de la direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières

Konvenuta: Humeau Beaupreau SAS

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a) tar-Regoli Ġenerali għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-paragrafu 7 tan-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Proċess ta’ manifattura ta’ żraben — Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ jew operazzjonijiet ta’ ħidma ta’ natura li tiġi kkompletata l-manifattura

Dispożittiv

Ir-Regola Ġenerali 2(a) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fil-mument tal-fatti, għandha tiġi interpretata fis-sens li parti ta’ fuq, pett estern u pett intern jaqgħu, bħala oġġett li jinsab fl-istat mhux immuntat li għandu l-karatteristiċi essenzjali ta’ żraben, taħt l-intestatura 6404 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda meta, wara l-importazzjoni ta’ dawn il-komponenti, parti fuq wara ta’ żarbuna li tagħti sapport lill-parti tal-ġenb ta’ żarbuna għandha tiddaħħal fil-parti ta’ fuq u li l-pett estern kif ukoll il-parti ta’ fuq għandhom ikunu suġġetti għal operazzjoni ta’ tqardix għall-assemblaġġ tagħhom.


(1)  ĠU C 71, 09.03.2013


Top