This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0380
Case C-380/12: Judgment of the Court (Second Chamber) of 23 January 2014 (request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands)) — X BV v Staatssecretaris van Financiën (Tariff headings — Decolourising earth — Chapter 25 of the Combined Nomenclature — Tariff heading 2508 — Concept of washed products — Elimination of impurities without changing the structure of the product — Chapter 38 of the Combined Nomenclature — Tariff heading 3802 )
Kawża C-380/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat- 23 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X BV vs Staatssecretaris van Financiën (Intestaturi tariffarji — Trab li jneħħi l-kulur — Kapitolu 25 tan-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja 2508 — Kunċett ta’ “prodotti li nħaslu” — Tneħħija ta’ impuritajiet mingħajr ma tinbidel l-istruttura tal-prodott — Kapitolu 38 tan-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja 802)
Kawża C-380/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat- 23 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X BV vs Staatssecretaris van Financiën (Intestaturi tariffarji — Trab li jneħħi l-kulur — Kapitolu 25 tan-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja 2508 — Kunċett ta’ “prodotti li nħaslu” — Tneħħija ta’ impuritajiet mingħajr ma tinbidel l-istruttura tal-prodott — Kapitolu 38 tan-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja 802)
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-380/12) (1)
(Intestaturi tariffarji - Trab li jneħħi l-kulur - Kapitolu 25 tan-Nomenklatura Magħquda - Intestatura tariffarja 2508 - Kunċett ta’ “prodotti li nħaslu” - Tneħħija ta’ impuritajiet mingħajr ma tinbidel l-istruttura tal-prodott - Kapitolu 38 tan-Nomenklatura Magħquda - Intestatura tariffarja 802)
2014/C 93/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Trab li jneħħi l-kulur — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 2508 40 00 jew fis-subintestatura 3802 90 00 tan-Nomenklatura Magħquda — Kunċett ta’ tneħħija tal-impuritajiet fis-sens tan-Nota 1 tal-Kapitolu 25 tan-Nomenklatura Magħquda
Dispożittiv
(1) |
Il-kunċett ta’ “tneħħija ta’ impuritajiet” imsemmi fin-Nota 1 tal-Kapitolu 25 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri t-tneħħija ta’ partiċelli kimiċi inklużi fi prodott minerali fi stat mhux raffinat minħabba f’ċirkustanzi naturali, sa fejn din it-tneħħija ttejjeb il-kapaċità tal-prodotti inkwistjoni sabiex jissodisfaw il-funzjoni inerenti għalihom, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
(2) |
In-Nota 1 tal-Kapitolu 25 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti li kienu suġġetti għal trattament li jinvolvi l-użu ta’ sustanzi kimiċi u li jwassal għat-tneħħija ta’ impuritajiet jistgħu jiġu kklassifikati fl-intestatura tariffarja 2508 ta’ din in-Nomenklatura Magħquda biss jekk dan it-trattament ma biddilx l-istruttura tas-superfiċji tagħhom, fatt li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti nazzjonali. |