Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0367

    Kawża C-367/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Susanne Sokoll-Seebacher (Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Artikolu 49 TFUE — Spiżeriji — Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-operat — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku — Distanza minima bejn l-ispiżeriji)

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Susanne Sokoll-Seebacher

    (Kawża C-367/12) (1)

    (Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Artikolu 49 TFUE - Spiżeriji - Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-operat - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku - Distanza minima bejn l-ispiżeriji)

    2014/C 93/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Susanne Sokoll-Seebacher

    Fil-preżenza ta’: Agnes Hemetsberger, aventi kawża ta’ Susanna Zehetner

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 16 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ konċessjoni għall-ġestjoni ta’ spiżerija għal evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq ibbażata fuq numru ta’ kriterji kumplessi u kważi imprevedibbli.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 49 TFUE, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ koerenza sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, bħala kriterju essenzjali sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ bżonn għall-istabbiliment ta’ spiżerija ġdida, limitu riġidu ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti”, sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkollhomx il-possibbiltà li jidderogaw minn dan il-limitu biex ikunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari lokali.


    (1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


    Top