Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0296

    Kawża C-296/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat- 23 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq id-dħul — Kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ tfaddil għall-pensjoni — Tnaqqis ta’ taxxa applikabbli biss għall-ħlasijiet lil istituzzjonijiet jew lil fondi stabbiliti fl-istess Stat Membru — Koerenza tas-sistema fiskali — Effikaċja tal-kontrolli fiskali” )

    ĠU C 93, 29.3.2014, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-296/12) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ tfaddil għall-pensjoni - Tnaqqis ta’ taxxa applikabbli biss għall-ħlasijiet lil istituzzjonijiet jew lil fondi stabbiliti fl-istess Stat Membru - Koerenza tas-sistema fiskali - Effikaċja tal-kontrolli fiskali)

    2014/C 93/10

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 u 63 TFUE — Pagamenti għal tfaddil għall-pensjoni — Tnaqqis ta’ taxxa — Pagamenti definittivi fil-Belġju

    Dispożittiv

    (1)

    Billi adotta u żamm it-tnaqqis ta’ taxxa għall-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-kuntest ta’ tfaddil għall-pensjoni sa fejn dan japplika biss għall-ħlasijiet lil istituzzjonijiet jew lil fondi stabbiliti fil-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 56 TFUE.

    (2)

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


    Top