This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0162
Joined Cases C-162/12 and C-163/12: Judgment of the Court (Third Chamber) of 13 February 2014 (requests for a preliminary ruling from the Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (Italy)) — Airport Shuttle Express scarl (C-162/12), Giovanni Panarisi (C-162/12), Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl (C-163/12) and Gianpaolo Vivani (C-163/12) v Comune di Grottaferrata (Requests for a preliminary ruling — Articles 49 TFEU, 101 TFEU and 102 TFEU — Regulation (EEC) No 2454/92 — Regulation (EC) No 12/98 — Car and driver hire services — National and regional legislation — Authorisation issued by municipalities — Conditions — Purely internal situations — Jurisdiction of the Court — Whether the requests are admissible)
Kawżi magħquda C-162/12 u C-163/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionalre per il Lazio — l-Italja) — Airport Shuttle Express scarl (C-162/12), Giovanni Panarisi (C-162/12), Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl (C-163/12), Gianpaolo Vivani (C-163/12) vs Comune di Grottaferrata (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE, 101 TFUE u 102 TFUE — Regolament (KEE) Nru 2454/92 — Regolament (KE) Nru 12/98 — Attività ta’ kiri ta’ karozzi b’xufier — Leġiżlazzjonijiet nazzjonali u reġjonali — Awtorizzazzjoni mogħtija mill-komuni — Kundizzjonijiet — Sitwazzjonijiet purament interni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ammissibbiltà tad-domandi)
Kawżi magħquda C-162/12 u C-163/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionalre per il Lazio — l-Italja) — Airport Shuttle Express scarl (C-162/12), Giovanni Panarisi (C-162/12), Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl (C-163/12), Gianpaolo Vivani (C-163/12) vs Comune di Grottaferrata (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE, 101 TFUE u 102 TFUE — Regolament (KEE) Nru 2454/92 — Regolament (KE) Nru 12/98 — Attività ta’ kiri ta’ karozzi b’xufier — Leġiżlazzjonijiet nazzjonali u reġjonali — Awtorizzazzjoni mogħtija mill-komuni — Kundizzjonijiet — Sitwazzjonijiet purament interni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ammissibbiltà tad-domandi)
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionalre per il Lazio — l-Italja) — Airport Shuttle Express scarl (C-162/12), Giovanni Panarisi (C-162/12), Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl (C-163/12), Gianpaolo Vivani (C-163/12) vs Comune di Grottaferrata
(Kawżi magħquda C-162/12 u C-163/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE, 101 TFUE u 102 TFUE - Regolament (KEE) Nru 2454/92 - Regolament (KE) Nru 12/98 - Attività ta’ kiri ta’ karozzi b’xufier - Leġiżlazzjonijiet nazzjonali u reġjonali - Awtorizzazzjoni mogħtija mill-komuni - Kundizzjonijiet - Sitwazzjonijiet purament interni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ammissibbiltà tad-domandi)
2014/C 93/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionalre per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Airport Shuttle Express scarl (C-162/12), Giovanni Panarisi (C-162/12), Società Cooperativa Autonoleggio Piccola arl (C-163/12), Gianpaolo Vivani (C-163/12)
Konvenut: Comune di Grottaferrata
Fil-preżenza ta’: Federnoleggio
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikoli 26, 49, 90 TFUE, tal-Artikolu 3 TUE, flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mal-Artikoli 3, 4, 5 u 6 TFUE, tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/92, tat-23 ta’ Lulju 1992, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru (ĠU L 251, p. 1) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98, tal-11 ta’ Diċembru 1997, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 501) — Servizz ta’ kiri ta’ vetturi b’xufier — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-provvista ta’ dan is-servizz għal liċenzja maħruġa mill-komuni u li timponi fuq id-detenturi ta’ tali liċenzja l-obbligu li jkollhom il-post ta’ ritorn abitwali tal-vetturi tagħhom fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ il-liċenzja tagħhom kif ukoll l-obbligu li jibdew u jtemmu s-servizz tagħhom f’dan l-istess territorju
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tad-19 ta’ Ottubru 2011 u tal-1 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawżi magħquda C-162/12 u C-163/12, sa fejn dawn jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE. Sa fejn l-imsemmija talbiet jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, dawn huma inammissibbli.